Raġel ta’ 33 sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ġie mixli li allegatament stupra lit-tifla tas-sieħba tiegħu.
Kienet it-tifla li għandha 14-il sena flimkien mal-qraba tagħha li għamlet rapport lill-pulizija.
Id-Difiża m’għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest iżda talbet biex fis-seduta li jmiss titla’ tixhed l-allegat vittma.