Massimo Caruso ta’ 48 sena, Sqalli li jgħix iż-Żurrieq inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’serqa minn dar fil-Qrendi.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet kif il-Ħamis, sid id-dar għamlet rapport li hekk kif daħlet id-dar, sabet ma’ wiċċha lill-ħalliel u dan ħarab minn fuq il-post.
Intqal kif wara siegħa u nofs, il-Pulizija rnexxielha twaqqaf lill-allegat ħalliel li kien għaddej minn Ħal Kirkop, wara li l-vittma tat deskrizzjoni tal-ħalliel.
Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Prosekuzzjoni ma qablitx hekk kif l-akkużat kiser ordni ta’ probation u ntqal ukoll kif il-fedina penali tal-akkużat turi li huwa diġà nstab ħati fuq serq għal diversi drabi.