Nicholas Catania ta’ 37 sena mis-Siġġiewi nżamm arrestat wara li lejliet l-ewwel tas-sena seraq numru ta’ oġġetti elettroniċi mill-Fgura. Huwa ġie mixli wkoll b’għadd ta’ serqiet oħra li seħħew fil-ġimgħat li għaddew.
Allegatament is-serqiet saru kollha fil-Fgura.
L-akkużat li huwa reċediv, ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.