Ibrahim Micallef ta’ 20 sena minn San Pawl il-Baħar nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li seraq għodod minn residenza f’San Pawl il-Baħar.
Huwa ġie akkużat li wettaq din l-allegat serqa fis-26 ta’ Mejju ili għaddha.
Akkużat ukoll li fil-pussess tiegħu kellu d-droga kannabis u ponn tal-ħadid. Iż-żagħżugħ huwa riċediv.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Huwa ġie assistit mill-Avukati Franco Debono, Amadeus Cachia u Francesca Zarb.