Destiny Ogbiede, Niġerjan ta’ 35 sena li m’għandux fejn joqgħod inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kkaġuna ksur lill-eks sieħba tiegħu, li żammha kontra l-volontà tagħha u li heddidha.
Fil-Qorti nstema’ kif il-każ seħħ jumejn ilu meta l-imputat għamel ħsara fuq dar tagħha f’San Pawl il-Baħar. Jidher li dan kisser il-bieb ta’ barra, daħal għaliha b’injama u sawwatha.
In-Niġerjan kien mixli wkoll li kiser l-ordni ta’ protezzjoni biex ma jersaqx lejn it-tfajla, wara li tliet snin ilu nstab ħati li għamel għaliha b’sikkina.
Ogbiede wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.