Keith Agius ta’ 31 sena minn Ħal Qormi baqa’ jinżam arrestat wara li allegatament ta xeba’ lil missieru u ommu.
Il-każ seħħ ftit tal-jiem ilu meta missier l-imputat ċempel lill-Pulizija li fir-residenza tagħhom seħħ argument jaħraq ma’ binhom. Fil-Qorti ħareġ li din mhux l-ewwel darba li l-pulizija ssejħet f’din id-dar.
L-omm u l-missier, it-tnejn bi ġrieħi ħfief intbagħtu għal aktar kura fl-eqreb ċentru tas-saħħa, fejn il-missier ġie minn hemm mibgħut l-isptar għal aktar kura minħabba likwidu li ħareġ minn imnieħru.
Preżenti fil-qorti bħala parte ċivili, omm l-imputat saħqet li ma tixtieqx lil binha jirritorna lura d-dar.
L-avukat tal-għajnuna legali Victor Bugeja talab għall-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezjonat għal dan fid-dawl li għadhom iridhu jixhdu l-ġenituri.
Min-naħa tiegħu l-maġistrat Joe Mifsud saħaq li l-familja għandha tkun il-post fejn l-għaqda u l-imħabba għandha tirrenja u post sigur u liberu biex taqsam ħajtek magħhom.
Il-Maġistrat ra kif il-fena pedali tal-akkużat mhix waħda nadifa għax kellu 13 -il akkuża kontrih fil-passat u nnota li r-risk assasment tal-Aġenzija appoġġ hu wieħed ta’ għoli u ta’ periklu.
Finalment huwa ċaħad mill-ħelsien għall-arrest. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Kylie Borg