Dawda Ceesday, ġuvni ta’ 21 sena mill-Gambja, li joqgħod Malta nżamm arrestat wara li allegatament, is-Sibt li għadda nqabad f’pussess ta’ droga kokaina u kannabis.
Jidher li din id-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Huwa kien fuq il-libertà proviżorja fuq każ preċedenti marbut ma’ traffikar tad-droga.
L-imputat qal li ma jaħdimx, u li joqgħod ma’ ħuh, li jaħdem f’Malta.