Roderick Grech ta’ 34 sena nżamm arrestat wara li għamel ħsara fid-dar tal-ġenituri tiegħu minħabba l-vizzju tax-xorb.
Il-każ ġara nhar il-Ħadd fl-10:30 ta’ filgħaxija fiż-Żejtun.
L-Ispettur Trevor Micallef qal li nhar il-Ħadd ċemplet omm l-akkużat u qalet li binha beda jkissrilha d-dar u ħalla vit miftuh u mela d-dar bl-ilma.
L-akkużat qal li ma jaħdimx. Huwa wieġeb mhux ħati.
Id-Difiża talbet id-Direttur tal-ħabs sabiex l-akkużat jingħata l-għajnuna kollha sabiex jegħleb il-vizzju tax-xorb ili għandu.
Il-Maġistrat Simone Grech ordnat sabiex jinżamm arrestat.