Raġel ta’ erbgħin sena minn Ħaż-Żabbar baqa’ jinżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti mixli li ġab ruħu b’mod vjolenti ma’ ommu u oħtu.
L-Ispettur Eman Hayman, li kien qed imexxi l-Prosekuzzjoni, stqarr li ż-żewġ nisa marru fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jagħmlu rapport ta’ vjolenza domestika.
Huma qalu li l-azzjonijiet tar-raġel kienu parti minn serje ta’ każijiet li jinkludu swat u ħsarat fuq id-dar t’ommu.
L-Ispettur spjega kif ir-raġel kien xurban u pprova jaqbad ġlieda mal-allegat vittma.
Huma ma rrappurtawhx biex ma jerġax ikun arrestat minħabba li huwa kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor.
Ir-raġel kien akkużat fuq vjolenza domestika u fiżika fuq iż-żewġ nisa, filwaqt li beżgħahom u talabhom il-flus.
Huwa kien mixli wkoll li insulta lill-allegat vittmi u heddidhom b’oġġetti iebsa, li kiser il-paċi pubblika u li kiser l-ordnijet tal-ħelsien mill-arrest.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u saret talba ta’ protezzjoni favur omm u oħt l-imputat u l-familji tagħhom.
Il-Qorti laqgħet din it-talba.