Frederick Mifsud ta’ 36 sena mis-Siġġiewi nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti akkużat li agredixxa mara waqt li kienet qed tixxemmex.
Il-każ ġara ġimgħa ilu meta allegatament il-mara kienet qed tixxemmex il-Belt. Allegatament l-akkużat sawwatha u għamillha ġrieħi f’wiċċha u fuq imnieħirha.
Huwa wieġeb mhux ħati. L-akkużat kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest f’każ ieħor li kellu.
L-ispettur Daryl Borg qal li l-pulizija iddentifikat lill-akkużat minn kameras tas-sigurta fejn seħħ il-każ.
L-avukati tiegħu Franco Debono u Marion Camilleri għamlu talba sabiex jinżamm Monte Karmeli u l-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx għal din it-talba.