Raġel ta’ 59 sena minn Għajnsielem inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li abbuż sesswalment tifla ta’ tlettax-il sena.
Il-każ ġara l-Ħadd filgħaxija bejn l-10:15 u l-11:15 fix-Xewkija. Ir-raġel ikkommetta att ta’ natura sesswali mingħajr il-kunsens tat-tifla.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi John Spiteri u Josef Gauċi.