Aidan Chircop ta’ 24 sena minn San Pawl il-Baħar wieġeb mhux ħati ta’ xejn anqas minn 14-il akkuża ta’ serq minn karozzi fuq il-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena u li huwa reċediv.
L-imputat qal li jaħdem bħala carer ma’ missieru li jbati bid-dimensja u qed jistenna wkoll it-tielet tarbija mingħand is-sieħba tiegħu.
Dr Yanika Bugeja li qed tidher għall-imputat talbet għall-ħelsien mill-arrest madankollu l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet din it-talba u ordnat li l-ġuvni għandu jinżamm arrestat fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin.