Fil-Qorti t’Għawdex ukoll, tressaq raġel ta’ 40 sena imwieled l-Eġittu li ġie akkużat li fit-12 ta’ Lulju wkoll, ġewwa x-Xewkija ikkommetta attentat vjolenti għall-pudur ta’ mara. Ġie akkużat ukoll li kkaġuna biża’ lil xi persuni, fosthom il-vittma tal-attentat li ser tintuża vjolenza kontra tagħhom.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u qiegħed jinżamm taħt kustodja.