Anthony Borg ta’ 38 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’serq aggravat u li kkawża ħsara fid-dar tal-ġar tiegħu.
Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda fl-Isla u fuq il-post, il-Pulizija sabu televixin u apparat elettroniku ieħor nieqsa.
L-akkużat kien identifikat minn filmati li kienu elevati minn kameras tas-sigurtà. Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih
Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-Qorti għadha trid tisma’ x-xhieda tal-allegat vittma u ommu u anke minħabba l-fatt li l-akkużat jgħix bieb ma’ bieb mal-allegat vittma.