Elguja Bzikadze: raġel mill-Georgia tressaq il-qorti akkużat b’serq minn diversi residenti fil-Gżejjer Maltin. Ir-raġel jgħix hawn Malta imma m’għandux indirizz u bla impjieg.
Ir-raġel huwa fost tnax-il persuna li qegħdin jiġu investigati mill-pulizija. Bil-pulizija mhiex teskludi li huma ċirku kriminali u jistgħu jitressqu il-qorti għada.
Huwa ġie akkużat b’għadd ta’ serqiet bejn it-22 u d-29 ta’ Awwissu.
Akkuzat fosthom b serq ta’ ġojjelerija minn residenza Ħal Balzan , apparat elettroniku u ġojjelerij minn appartament f’ San Pawl il-Baħar u l-Mosta.
Ir-raġel qal li għandu l-marda tal-hepitatis. L-akkużat qal li kellu biljett biex jitlaq minn Malta illum.
Huwa wieġeb mhux ħati bil-Maġistrat Monica Vella ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest.
Id-difiża talbet li minħabba li l-akkużat qiegħed jgħid li għandu mard infettiv, talbet sabiex jiġi eżaminat biex jittieħdu l-prekawzzjonijiet neċessarji anki għal dawk li jista’ jagħmel kuntatt magħhom. Il-qorti laqgħet it-talba u rrakomanda lill-faċilità korettiva ta’ Kordin illi l-imputat jiġi medikament eżaminat biex jittieħdu l-miżuri neċessarji.