Libjan ta’ 33 sena nżamm arrestat wara li l-Ħadd tressaq il-Qorti akkużat li, flimkien ma’ persuni oħra, wettaq żewġ serqiet bi vjolenza fuq żewġ anzjani.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif ir-raġel allegatament wettaq żewġ serqiet ta’ flus kontanti minn fuq anzjan ta’ 71 sena fil-Marsa, filwaqt li t-tieni serqa saret minn fuq anzjan ieħor ta’ 64 sena.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh.
Fil-Qorti ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li r-raġel m’għandux indirizz fiss f’pajjiżna.