Redeemer Camilleri ta’ 29 sena mill-Marsa nżamm arrestat wara li ġie mixli b’sitt serqiet minn ħwienet fil-Marsa u l-Ħamrun.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fil-Qorti ntqal li l-imputat għandu bżonn l-għajnuna biex jegħleb il-vizzju tad-droga.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mil-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Ian Vella, minħabba l-fatt li l-akkużat kienet qiegħed iwettaq dawn l-allegati reati ripetutament u waqaf biss minħabba li ġie arrestat mill-Pulizija.
Ġie sostnut ukoll li f’dan il-każ għad iridu jixhdu diversi persuni.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u qalet li l-imputat għandu jibda’ jieħu l-għajnuna medika u psikoloġika li għandu bżonn.