Libjan ta’ erbgħa u tletin sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ammetta li aggredixxa u weġġa’ żewġ uffiċjali tal-Pulizija fil-Marsa fl-għaxra ta’ Jannar li għadda.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif dan ma kienx l-ewwel każ li l-Libjan agredixxa lil xi uffiċjal tal-Pulizija u saħaq kif dan għandu problema kbira ta’ abbuż mid-droga sintetika u problema ta’ xorb.
Is-sentenza se tingħata fit-tnejn ta’ Frar li ġej.