Pedro Augusto Charrett ta’ tletin sena, Brażiljan li wasal f’Malta matul il-jum tal-Ħadd inżamm arrestat wara li wasal b’ajruplan minn Barċellona u mal-wasla tiegħu kien imfittex mill-uffiċjali tad-Dwana.
Ġara li waqt it-tfittxija nstab li r-raġel kien qed iġorr 3 kontejners mimlija ta’ ħaxixa tal-kannabis li jammontaw għal tliet kilogrammi.
Fl-awla, l-ispettur spjega li waqt li kien qed jiġi interrogat, l-imputat irrifjuta li jwieġeb xi mistoqsijiet jinvolvu d-droga.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi u ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, hu ammetta li d-droga ma kienitx għalih u fl-awla l-imputat deher dispjaċut b’rasu dejjem żamma ‘l isfel.