Lydon Gravina ta’ 32 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ttella’ l-Qorti mixli b’serq aggravat ta’ żewġ iPads.
L-ispettur fl-awla spjegat li l-pulizija rċievew żewġ rapporti separati minn stabbilimenti f’San Pawl il-Baħar u f’Tas-Sliema.
Minn hemmhekk skattat investigazzjoni fejn fost oħrajn ġew elevati filmati minn kameras tas-sigurtà li fihom deher persuna maskili li wasslu għall-imputat.
Fil-Qorti ngħad li minkejja tfittxija, dawn l-iPads ma ġewx rikoverati.