Hamza Bakoush li jgħix fil-Belt Valletta nżamm taħt arrest wara li wieġeb mhux ħati li lbieraħ fil-Belt Valletta, allegatament seraq żewġ arloġġi tal-idejn.
Fil-Qorti nstema’ kif il-Ġimgħa għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, raġel daħal fl-għassa tal-Belt biex jirrapporta li raġel seraqlu żewġ arloġġi tal-idejn.
Il-Pulizija elevat filmati minn kameras tas-sigurtà, fejn allegatament identifikat lill-imputat, liema imputat daħal fl-istess għassa ftit tal-ħin wara biex jiffirma waqt li kien liebes l-istess ħwejjeġ li deher bihom fil-filmati.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.