Żagħzuġħ ta’ 29 sena mill-Ħamrun, inżamm arrestat, mixli b’akkużi ta’ vjolenza domestika, sewqan perikoluż, li kiser il-paċi pubblika u li kien riċediv.
Tarek Khodir, ġie mixli li jumejn ilu, f’Birkirkara, ikkawża biżà lill-eks sieħba tiegħu, li heddieda, li kkaġunalha grieħi ħfief u li għamillha ħsara fuq il-vettura.
Rapporti fil-midja, qali li huwa mar għall-eks sieħba tiegħu, saq għal ġol-karozza tagħha, u mar għal fuqha. Meta hija ppruvat taħrab, l-aggressur saħansitra pprova jsuq għal fuqha.
Dan filwaqt li intqal li minn meta ntemmet ir-relazzjoni, huwa kien bagħtilha diversi messaġġi ta’ theddid.
Fil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, l-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, u d-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest – liema talba ġiet miċħuda minħabba n-natura tar-reat, u biżà tal-intralċ tal-provi.