Alan Cutajar ta’ 39 sena residenti l-Mellieħa inżamma arrestat wara li allegatament ikkawża biża’ li tintuża l-vjolenza fil-konfront t’ommu u ta’ ħuh.
Huwa ġie mixli li nhar d-29 ta’ Mazu u fil-ġranet ta’ qabel, ikkawża biża’ lil ommu u lil ħuh li tintuża l-vjolenza kontrihom. Huwa kien mixli wkoll li għamel ħsara fuq il-proprjetà ta’ ommu.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża filwaqt li ma għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest fid-dawl li l-imputat m’għandux ma’ min joqgħod, għamlet talba biex isir rapport ta’ inkjesta soċjali.
Il-Qorti laqgħet din it-talba u għaldaqstant żammet lill-imputat taħt arrest.