Mark Gatt ta’ 40 sena nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li hedded u ħebb għall-ġenituri tiegħu.
Fil-Qorti nstema’ li dakinhar tal-allegat reat, il-Pulizija marru fuq il-post, u l-imputat allegatament ħalef li se joqtol lill-missieru, u għamel hekk ukoll anke fl-istqarrija li ta lill-Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni hekk kif innutat li Gatt m’għandux residenza fissa u anke minħabba biża ta’ intralċ tal-provi.