Adnan Saed ta’ disgħa u għoxrin sena nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati fl-involviment tiegħu f’serqa armata fejn insterqu aktar minn elfejn u tliet mitt ewro f’ġojjellerija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-Qorti huwa tressaq mill-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lydon Zammit, fejn b’kollox kellu disa’ akkużi, fosthom, li kien f’pussess ta’ arma taqta u bil-ponta u arma tan-nar jew munizzjoni.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, b’hekk inżamm arrestat.