Raġel ta’ sitta u għoxrin sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ttella’ l-Qorti mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq is-sieħba tiegħu u li heddidha.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u l-avukat tal-għajnuna legali talbet għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat fuq in-natura gravi tal-feriti filwaqt għamlet emfasi fuq il-biża’ ta’ intralċ ta’ provi.
Min-naħa tagħha, l-avukat tal-għajnuna legali qalet li l-akkużat kien attakkat u pprova jiddefendi lilu nnifsu. Saħansitra ntqal li jistgħu jinġiebu filmati tas-sigurtá biex jgħinu d-difiża tiegħu.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u imponiet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tas-sieħba tiegħu.