Robert Dimech ta’ disgħa u erbgħin sena u li m’għandux indirizz fiss baqa’ jinżamm arrestat talli ammetta għal akkużi ta’ serq aggravat, talli daħal fil-proprjetá mingħajr permess u għamel ħsara.
Hu qed jitqies ukoll bħala riċediv hekk kif fil-Qorti ġie spjegat li anki fil-passat affaċċja akkużi ta’ serq.
Fil-Qorti ntqal li l-pulizija li waslet għall-imputat wara rapport ta’ oġġetti u nieqsa u minn hemmhekk ġew elevati filmati minn kameras tas-sigurtá.
L-imputat skuża ruħu ta’ dan l-att u saħansitra qal jixtieq iħallas għall-ispejjeż li ġab miegħu r-reat.
Is-sentenza mistennija tingħata nhar it-Tlieta li ġej.