Ħamruniż ta’ ħamsa u tlettin sena inżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li aggredixxa u hedded sieħeb l-eks tfajla tiegħu kif ukoll li kien fil-pussess ta’ sikkina f’post pubbliku. Il-każ żvolġa wara argument li kellu mal-eks tfajla tiegħu minħabba wliedhom. Fil-qorti ngħad li wara li ġie arrestat, James Tabone iddikjara li jrid joqtol lill-imsemmi sieħeb li ddeskrivih bħala għadu.