Henry Onwaueabuchu ta’ tletin sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’pussess ta’ droga kokaina u kannabis, li ma kinitx għall-użu personali.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li fit-tlieta u għoxrin ta’ Diċembru kellu fil-pussess tiegħu r-raża meħuda mill-pjanta tal-kannabis.
Huwa ġie akkużat ukoll li d-dettalji li ta lill-Pulizija kienu foloz, u wieġeb mħux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.
Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest.