Oliver James Lawson, Irlandiż ta’ 37 sena, inżamm arrestat, mixli fost l-oħrajn, b’importazzjoni ta’ madwar 6 kilogrammi kannabis, u kif ukoll li ffalsifika dokumenti b’rabta mal-identità tiegħu.
Fil-Qorti ntqal kif l-imputat kien ta isem, li aktar il-quddiem instab li kien falz, hekk kif kienu jixhdu kuntratti tal-kiri ta’ garaxx li nstabu fil-mowbajl tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-imputat ippreżenta lilu nnifsu wara li l-Pulizija pajżan, liebes ta’ pustier, tah il-pakkett. Hekk kif huwa induna li dan kien Pulizija, huwa pprova jaħrab.
Ġie nnotat ukoll kif huwa qatt ma wiegeb ebda mill-mistoqsijiet magħmula lilu.
Intqal li l-isem li qed jintuża, jista’ jkun li huwa falz ukoll, hekk kif ma nstabu ebda rekords li xi ħadd b’dan l-isem daħal f’pajjiżna.
Id-Difiza ghamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif huwa ilu jgħix f’pajjiżna u għandu kondotta nadifa.
Din it-talba ġiet miċħuda mill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, minħabba l-gravità tar-reat u għall-fatt li l-identità tal-imputat għadha mhijiex fiċ-ċert.
Barra minn hekk, b’rabta ma’ dan il-każ, għad hemm diversi xhieda li jridu jixhdu.