Raġel ta’ 47 sena li jgħix is-Siġġiewi nżamm arrestat mixli b’akkużi ta’ vjolenza fuq is-sieħba tiegħu.
Fil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-imputat, ġie mixli fost l-oħrajn, li żamm lis-sieħba tiegħu kontra l-volontà tagħha, li kkawżalha biżà, li darbaha, li heddidha, li ħebb għaliha, u li kissrilha l-mowbajl.
Huwa ġie akkużat ukoll b’akkużi ta’ pussess tal-pjanta tal-kannabis.
Fil-Qorti, id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba sabet l-oġġezzjoni tal-Prosekuzzjoni.
Kien għalhekk li l-Qorti żammet lill-imputat arrestat, minħabba n-natura tal-każ, u biex tipprevjeni intralċ tal-provi, hekk kif il-vittma għadha trid tixhed.
Intant, fil-Qorti ġie ordnat biex isem l-akkużat ma jixxandarx, hekk kif l-imputat u l-vittma għandhom it-tfal.