Raġel ta’ tnejn u tletin sena li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti baqa’ jinżamm arrestat wara li ttella’ l-Qorti mixli bi vjolenza domestika.
Huwa wieġeb mhux ħati għal numru ta’ akkużi li fost oħrajn jinkludu li fera ħafif lil martu u omm it-tfal tiegħu u lill-kunjata tiegħu, li kkawża biża’, li għamel ħsara fuq il-propjetá tal-kunjata, li hedded lill-martu u ommha u rrenda ruħu riċediv.
L-avukat difensur mhux ser titlob għall-ħelsien mill-arrest hekk kif m’għandux indirizz alternattiv fejn ikun jista’ joqgħod f’każ li jingħata l-ħelsien u għaldaqstant baqa’ jinżamm taħt arrest.
Il-Qorti imponiet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront ta’ martu.