Sean Grech ta’ 32 sena nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal numru ta’ akkużi, fosthom li huwa saq bla liċenzja u insurance filwaqt li suppost kien f’daru minħabba ordni maħruġa mill-Qorti, u b’hekk huwa riċediv.
Fil-Qorti nstema’ kif huwa ġie mwaqqaf f’roadblock f’Birkirkara, u wara spezzjoni, l-Pulizija rat li huwa kien qed isuq mingħajr id-dokumenti meħtieġa, u b’ordni tal-Qorti, ma kellux joħroġ minn daru f’dak il-ħin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, u għalhekk, Grech inżamm arrestat.