Asher Anwer, ta’ tnejn u tletin sena li joqgħod Raħal Ġdid u huwa mill-Pakistan, baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat fuq allegat attività sesswali ma’ tifel t’għaxar snin.
L-allegat każ seħħ is-sena l-oħra u kompla sat-tnejn u għoxrin ta’ Jannar li għadda fir-residenza tal-Pakistani.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.