Arun Jose ta’ 33 sena li joqgħod il-Fgura baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li wettaq attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ pazjenta fid-dipartiment tal-ENT fl-isptar.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
L-ispettur spjega kif in-natura tar-reati huma serji filwaqt li dawn saru meta suppost kellu d-dover li jipproteġi l-pazjent.