Joseph Saliba ta’ 25 sena li jgħix l-Imqabba inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ attentat ta’ serq.
Fil-Qorti nstema’ kif mal-Pulizija huwa kkopera, tant li ta isem ta’ persuna involuta fl-allegat delitt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif spjegat li l-provi kollha ġew ippreservati fl-investigazzjonijiet tal-pulizija, iżda l-prosekuzzjoni stqarret li hemm biżà ta’ intralċ tal-provi.
Għalhekk, Saliba nżamm arrestat.