Il-pjanijiet tat-tieġ jista’ jkun li jiswew suf għal-koppja li mistennija tagħti s-signor si fi żmien 10 t’ijiem meta l-għarus ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ammetta għal numru ta’ allegazzjonijeit ta’ vjolenza domestika nhar l-erbgħa filgħodu.
Alen Kapisazovic ta’ 39 sena li għandu passaport Bożnijak u jgħix fil-Ġermanja wasal Malta propju biex jiżżewweġ lit-tfajla li tgħix f’pajjiżna.
Ġara li argument li nqala’ bejniethom skala tant li t-tfajla kellha titlob l-għajnuna tal-pulizija. Allegatament l-għarus kien xurban u beda jagħti lit-tfajla fuq wiċċha fejn hi żgiċċat għal għand il-pulizija bl-evidenza għadha friska ta’ vjolenza fuq wiċċha. L-ispettur Matthew Spagnol spjega eżatt x’ġara fil-qorti.
Malli marru lura fl-appartament, il-pulizija sabu lill-akkużat rieqed fil-fond, arrestawh u ħaduh għall-interogazzjoni. Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia ma laqgħetx it-talba tal-ħelsien u meta interpretu Bożnijak staqsa x’se jiġri minħabba li l-koppja ma bidlux il-ħsieb taż-żwieġ, il-Maġistrat wieġbet li jridu jkellmu lill-avukat tagħhom u jressqu kawża fil-qorti.