Inżamm arrestat l-Isqalli ta’ 41 sena li tressaq il-qorti akkużat b’importazzjoni u pussess ta’ 200 klilo reżina tal-Kannabis li nstabet ġol-vann li twaqqaf mill-pulizija nhar il-Ħamis li għadda.
Fil-Qorti, l-Ispettur tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga semma kif Francesco Pisano twaqqaf mill-pulizija wara li dawn lemħu lill-imputat isuq trakk f’Ta’ Qali fejn mill-ewwel instabu 90 kilo reżina tal-Kannabis f’kannestri tad-dulliegħ u l-bettiegħ, u wara li l-puliżija kompliet tagħmel it-tfixxijiet tagħħa irriżulta li nstabu wkoll 110kg aktar ta’ droga kannabis biex b’hekk l-ammont globali ammonta għall-200kg.
Il-prosekuzzjoni talbet ukoll li jiġu ffriżati l-assi tal-imputat li huwa mwieled Sirakuża, jgħix il-Qajjenza Birżebbugia u jaħdem fil-qasam tal-kostruzzjoni. Għall-Isqalli deher l-avukat Mario Spiteri Bianchi.