Wara ħidma minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-jiem li għaddew, raġel ta’ 44 sena ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ madwar 2,500 pirmla suspettati ecstasy, 250 gramma kokaina, raża u ħaxixa tal-kannabis.
Ir-raġel instab ukoll fil-pussess ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Is-suspettat tressaq b’arrest il-Qorti llum fejn ġie akkużat b’pussess aggravat ta’ ecstacy u kokaina, kif ukoll pussess sempliċi ta’ raża u ħaxixa tal-kannabis fost oħrajn. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u qed jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.