Dean Donovan Frendo ta’ 23 sena li jgħix Birżebbuġa nżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li tressaq il-Qorti akkużat li tajjar lil Antoine Degabriele, nhar il-Ġimgħa li għadda fiż-Żejtun.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Shawn Pawney u Roderick Spiteri spejgaw kif ilbieraħ instab is-sewwieq involut f’hit and run fiż-Żejtun, li ħalliet lil Degbariele ta’ 51 sena mejjet.
Il-Prosekuzzjoni spjegat ukoll li minn fuq il-post tar-reat elevat biċċiet mill-karozza, li qablu mal-karozza misjuba fix-Xgħajra.
Fost l-akkużi li bihom tressaq Dean Donovan Frendo hemm ukoll li kien qed isuq b’veloċita eċċessiva u l-karozza tinsab ukoll mingħajr liċenzja.
Huwa qed jiġi akkużat ukoll li pprova jeqred l-evidenza flimkien ma’ terza persuna. Dwar dan ilbieraħ ONE News żvela li l-karozza tal-akkużat instabet f’garaxx fix-Xgħajra, fejn anki qed jiġi mitkellem tellar dwar dan il-każ.
Id-Difiża mmexxija mill-Avukvat Franco Debono ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużat.