Melvin Cini, żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena miż-Żurrieq qed jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar tad-droga. Akkużi li għalihom wieġeb mhux ħati.
Iż-żagħżugħ kien arrestat il-Ħamis filgħodu minn membri tal-iskwadra Kontra d-Droga, wara li fil-karozza tiegħu instabu madwar tmenin pillola suspettati ecstasy, sustanzi suspettati ħaxixa tal-kannabis, kokaina, u eroina, u affarijiet relatati mat-traffikar tal-istess sustanzi, fosthom miżinn elettroniku u boroż.
Minkejja l-isforzi tad-difiża, li sostniet li l-akkużat għandu impjieg, kondotta nadifa u familja stabbli – u allura għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest, it-talba tal-aħħar ġiet miċħuda.