Aleksandar Stojanovic, Serb li qed jiġi akkużat bi qtil f’Għawdex, baqa’ jinżamm arrestat wara li l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħditlu t-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Is-Serb qed iwieġeb mhux ħati li qatel lill-Eġizzjan Walid Salah Abdel Motaleb Mohamed fl-Għarb fl-elfejn u tmintax.
Fil-Qorti, il-Maġistrat spjegat li minħabba l-fatt li s-Serb m’għandux status regolari f’pajjiżna, jaf ikollu problema biex isib xogħol.
Il-Maġistrat sostniet li dan jaf iwassal biex jaħrab minn Malta.