Marcus John Calleja ta’ 46 sena minn Ħal Balzan wieġeb mhux ħati li nhar it-Tlieta prova jwettaq serqa f’ħanut f’Ħaż-Żabbar. Huwa tressaq il-Qorti fost oħrajn li kellu arma tan-nar fil-pussess tiegħu mingħajr liċenzja, u li spara.
L-akkużat, li jaħdem bħala welder, tressaq il-Qorti wara li kien il-moħħ wara hold-up fi stabbiliment bl-isem Crystal Palace. Is-serqa li ħaseb biex jagħmel spiċċat ma twettqitx. Fl-istess ħin, jidher li waqt il-ħin tal-hold-up, żamm erba’ persuni ostaġġ kontra r-rieda tagħhom. Huwa affaċċja akkuża li kien riċediv ukoll.
Il-prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex l-akkużat jingħata għajnuna għall-problema tad-droga, u din ordnat lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex Calleja jingħata l-għajnuna waqt li jinżamm arrestat.
Fil-jum tas-serqa, tifel ta’ 10 snin ittieħed l-isptar b’urġenza biex jingħata kura minħabba li kien taħt xokk kbir.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/11/13/persuna-arrestata-wara-attentat-ta-serq-minn-hanut-fhaz-zabbar-7/