Ali Muuse Igaale ta’ 40 sena mis-Somalja baqa’ jinżamm arrestat hekk kif huwa twaqqaf fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’€165,548 fi flus mhux iddikjarati.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fil-Qorti nstema’ kif l-imputat kellu passaport Malti u Sudaniż, u kien se jipprova jsiefer lejn it-Turkija.
Id-difiża ddiskriviet lill-imputat bħala persuna b’rabtiet b’saħħithom mal-komunità Somala f’pajjiżna, iżda meta mistoqsi mill-awtoritajiet dwar fejn jgħix, huwa qal li ma kienx jaf l-indirizz ta’ daru jew il-ħanut tiegħu.
Fil-fatt, id-difiża sostniet li l-imputat għandu żewġt iħwienet fil-Ħamrun, u ilhom tiegħu għal numru ta’ snin.
Id-difiża spjegat li l-imputat kien pjana vjaġġ qasir għat-Turkija.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2021/08/23/sophie-tintercetta-e165548-mhux-dikjarati-fbagalji-ta-passiggier-fl-ajruport/