Inżamm arrestat Antonio Rametta Sqalli ta’ 30 sena li ġie arrestat mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra Droga f’Ħal Luqa waqt li kien qiegħed iħott 110kg droga rezina kif ukoll grass tal-kannabis li nstabet ġol-kannestri tal-bettiegħ li kienu abbord it-trakk.
Rametta li huwa bejjiegħ tal-frott wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih fejn huwa jinsab akkużat b’assoċjazzjoni kif ukoll b’pussess tad-droga kannabis liema ammont kien għal skop ta’ traffikar kif ukoll ta’ importazzjoni tal-istess droga.
Fil-Qorti l-Ispetturi Frank Anthony Tabone kif ukoll Anthony Scerri qalu li l-arrest seħħ wara li l-pulizija waqfet it-trakk f’Ta’ Qali misjuq minn Sqalli minn Sirakuża fejn dak il-ħin instabu 90kg reżina tal-Kannabis; madankollu l-pulizija ġiet mgħarfa li fil-kannestri tal-bettiegħ kien hemm moħbija 110 kg droga kannabis kif ukoll grass li kienu għall-Antonio Rametta li huwa l-imputat kif ukoll għall Dennis Agius- liema droga kellha tittieħed ġo garaxx f’Ħal Luqa.
Wara li saret il-Control Delivery fejn trakk li kien bil-110 kg droga kannabis ittieħdet lejn garaxx f’Ħal Luqa, Anotnio Rametta ġie arrestat mill-pulizija waqt li kien qiegħed iħott il-kannestri bil-frott li fihom kien hemm moħbija l-imsemmija droga. L-imputat ġie assistit minn avukat mill-Għajnuna Legali.