Mario Degiorgio ta’ 65 sena li joqgħod il-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li ġie mixli b’ħasil ta’ flus, rikatt u akkużi oħra.
Huwa tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Leanne Bonello spjegat li Mario Degiorgio ġie arrestat fid-dar tiegħu fil-Marsa wara li nstabu diversi recordings li juru li Degiorgio beda jaħdem ma’ ħutu fl-2017 u wara li saru diversi investigazzjonijiet fuq ħasil ta’ flus.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-Difiża oġġezzjonat ukoll għat-talba tal-Prosekuzzjoni biex ikun hemm l-iffriżar tal-assi tal-imputat. Madankollu t-talba kienet milqugħa mill-Qorti u ssekwestrat diversi assi ta’ Degiorgio.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġiet oġġezjonata mill-prosekuzzjoni għaliex hemm minimu ta’ sitt xhieda pajżana li għad fadal jixhdu f’dan il-każ.
Wara li semgħet is-sottomisjonijiet, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.