Damien Attard, ġuvni ta’ dsatax-il sena minn San Pawl il-Baħar, inżamm arrestat wara li nqabad bi pjanta tal-kannabis fil-pussess tiegħu.
Il-Maġistrat Dontella Frendo Dimech iddikjarat fil-Qorti li jkun siewi li l-akkużat jinżamm arrestat minħabba li diġa għandu kondotta maħmuġa u minħabba li hemm diversi xhieda li għadhom iridu jixhdu, fosthom Omm l-akkużat. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.