Dusan Osuch ta’ tlieta u tletin sena mis-Slovakkja li m’għandux xogħol u lanqas indirizz fiss, ittella’ l-Qorti akkużat li għamel użu ħażin minn flus li ġew fdati lilu u talli għamel użu minn isem falz sabiex jinganna terzi persuni.
L-avukat tad-difiża Brandon Muscat għamel talba għall-ħelsien iżda din ma ġietx milqugħa hekk kif il-prosekuzzjoni saħqet li lill-akkużat m’għandu xejn jorbtu lejn din il-gżira