Stefano Cutajar ta’ 38 sena mix-Xemxija inżamm arrestat wara li allegatament seraq fjuwil minn makkinarju tal-kostruzzjoni.
Huwa tressaq il-Qorti l-Ġimgħa hekk kif ġie akkużat b’serq u attentat ta’ serq ta’ fjuwil minn kumpanija tal-kostruzzjoni filwaqt li kien ukoll riċediv.
Il-każ allegatament seħħ fit-13 ta’ Marzu filwaqt li ġie spjegat li huwa reġa pprova jisraq fil-lejl tat-22 ta’ Marzu.
L-imputat ċaħad l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu filwaqt li talab għall-ħelsien mill-arrest.
Madankollu hekk kif il-Qorti ħadet inkunsiderazzjoni l-fedina penali tal-imputat, caħdet din it-talba u żammitu arrestat.