Is-Sibt filgħodu, raġel ta’ 57 sena, mixli b’akkużi ta’ vjolenza domestika u ksur ta’ kundizzjonijiet tal-Qorti, inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati.
Joseph Debono tressaq quddiem il-Maġistrat Dr Natasha Galea Sciberras.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif minkejja li sena u nofs ilu ngħatatlu ordni ta’ trażżin biex ma jersaqx lejn sieħba tiegħu għal 3 snin, fl-24 ta’ dan ix-Xahar huwa allegatament reġa’ ħebba għaliha.
Dan wara argument li kkonċerna lill-ħamest itfal tal-imputat.
Debono wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u minkejja li talab għall-ħelsien mill-arrest, permezz tal-Avukata tiegħu, huwa nżamm arrestat.